Kellymni: Episodju 36 – Kevin Borg
Gwida Gwida
1.1K subscribers
2,628 views
79

 Published On Oct 14, 2024

Melanie Kelly tiltaqa' mal-kantawtur lokali Kevin Borg, li tul is-snin smajna ħafna bis-suċċessi sbieħ tiegħu. Mir-rebħ ta' Swedish Idol, għal suċċess enormi bħala kompożitur fl-Asja. Ma' Melanie Kevin tkellem dwar l-imħabba kbira li kellu lejn ommu, dwar it-telfa tagħha meta kien għadu żgħir u kif kellu jikber malajr.

Kevin, jirrakkonta kif sab ruħu fuq Swedish Idol, programm televiżiv kbir li hu ma kellu ebda idea dwar il-kobor tiegħu iżda ħa kollox pass pass. Żgur li l-esperjenza li kellu fuq il-programm Kalamita servietu bl-aktar mod pożittiv għax kien bena r-repertorju tiegħu u kiber ukoll bħala artist.

Il-kantant lokali jkellimna dwar is-suċċess tiegħu fix-xena tal-pop fl-Asja u kif il-kanzunetti li pproduċa qabżu artisti popolari mad-dinja kollha. 'Il bogħod mill-karriera tiegħu, Kevin ikellimna dwar l-għażiża martu li żżewġu f'Diċembru li għadda u l-fatt li jemmen li l-ommijiet tagħhom laqqgħuhom flimkien.

Dan u aktar waqt Kellymni - Il-Podcast ta' Gwida perżentat minn Melanie Kelly. Segwu Kellymni ħalli taraw lil Kevin f'intervista differenti mis-soltu fejn se jiftaħ qalbu u juri wkoll in-naħa sensittiva tiegħu.

Miġjub lilkom minn Dacia | Amrita Footcare & Wellness Centre | Valletta Glass | Pizza Hut | Ferraracasa | Myoka Spas | L-Awtorita ghall-Ambjent u r-Rizorsi

#kellymni #gwida #podcasttagwida #malta #KevinBorg

show more

Share/Embed